Australian Capital Territory (ACT)
2:00 pm (AEST – UTC+10:00)
Be AusAlert ready: always install the latest software updates on your devices.
AusAlert huwa sistema nazzjonali ta' twissija li juża l-aktar teknoloġija riċenti biex jintbagħtu messaġġi ta' emerġenza lejn apparat mobbli kompatibbli bħal mowbajls, tablets u smart watches.
Hu mod mgħaġġel u affidabbli biex jgħinek tkun infurmat u preparat aħjar waqt emerġenzi lokali u nazzjonali bħal:
Jekk inti tgħix l-Awstralja jew qiegħed hawn minn pajjiż ieħor, tista' tirċievi AusAlert jekk hemm xi emerġenza jew diżastru fil-post fejn qiegħed.
Wieħed jista' jirċievi l-AusAlerts permezz ta' apparat mobbli kompatibbli anke mingħajr SIM card jew eSIM Awstraljana.
Apparat mobbli kompatibbli huma iPhones 11 u għola li għandhom iOS 26.4 jew aktar riċenti, u mowbajls u tablets Android li għandhom Android 12 jew verżjoni aktar riċenti.
L-AusAlert ġiet żviluppata mill-Gvern Awstraljan u hija sikura.
L-AusAlert:
Il-messaġġi tal-AusAlert ser jaslulek bl-Ingliż. Jekk qed iżżur l-Awstralja minn pajjiż ieħor, jew jekk l-Ingliż m'huwiex l-ewwel lingwa tiegħek, jista' jkun diffiċli biex taqra u tifhem AusAlert.
Skont l-apparat mobbli li għandek, tkun tista' tittraduċi l-messaġġ tal-AusAlert bil-lingwa tiegħek billi:
L-AusAlerts għandhom informazzjoni importanti dwar emerġenza.
Ser jinkludu:
Jekk tirċievi AusAlert, għandek taqra u issegwi l-istruzzjonijiet biex iżżomm lilek innifsek u lil ħaddieħor sikur.
Hemm żewġ tipi ta' AusAlerts.
huma użati f'emerġenzi l-aktar estremi
jikkawżaw l-apparat mobbli tiegħek biex jivvibra u jdoqq ħoss qawwi qiesu ta' sirena għal madwar 10 sekondi
jiġu mwassla anke jekk l-apparat tiegħek qiegħed 'silent' jew fuq 'do not disturb'
ma jistgħux jiġu mitfija fis-settings tal-apparat mobbli tiegħek.
huma użati għal emerġenzi fejn hemm livell ta' theddida li qed jiżdied għax qed jinbidlu l-kundizzjonijiet
jistgħu jikkawżaw l-apparat mobbli tiegħek biex jivvibra u jdoqq ħoss qawwi qiesu ta' sirena għal madwar 10 sekondi, imma dan jiddependi mis-settings tal-apparat tiegħek
ma jitwasslux jekk l-apparat tiegħek ikun 'silent' jew fuq 'do not disturb'
jistgħu jiġu mitfija fis-settings tal-apparat mobbli tiegħek.
Jekk tirċievi AusAlert waqt li tkun qed issuq, ibqa’ kalm u taqbadx il-mowbajl tiegħek, għax huwa illegali li tagħmel dan. Il-ħoss tat-twissija għandu jieqaf wara madwar 10 sekondi. Meta tkun tista’, sib post sigur u legali biex tieqaf u taqra l-messaġġ.
Jekk għandek bżonn għajnuna biex tifhem messaġġ ta’ AusAlert:
staqsi lil membru tal-familja, lil xi ħabib jew lil xi ħadd li jifhem bl-Ingliż biex jaqrahulek
iċċekkja kanali oħra ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza, bħal televiżjoni jew radju lokali jew nazzjonali, apps jew websajts
żur ausalert.gov.au/current-alerts biex issib it-twissija u tittraduċiha fil-lingwa li tippreferi billi tuża app jew websajt.
Jekk għandek bżonn ta' aktar għajnuna f’lingwa oħra minbarra l-Ingliż, ir-riżorsi f’din il-paġna u fis-sezzjoni tal-Lingwi tal-websajt jistgħu jgħinuk.
Matul Ġunju u Lulju 2026, l-AusAlert qed jiġi ttestjat madwar l-Awstralja.
Dan ifisser li inti jew xi ħadd li taf jista’ jirċievi test tal-AusAlert.
| CRITICAL AUSALERT | AUSALERT KRITIKU |
| TEST MESSAGE – AUSALERT | TEST TA' MESSAĠĠ – AUSALERT |
| This is a TEST of AusAlert, Australia’s new emergency warning system. | Dan huwa TEST tal-AusAlert, is-sistema l-ġdid tal-Awstralja għall-avviżi ta’ emerġenza. |
| NO ACTION IS REQUIRED. | MA HEMM BŻONN TA’ L-EBDA AZZJONI. |
| In an actual emergency, follow the instructions in the alert to keep yourself and others safe. | F’emerġenza reali, segwi l-istruzzjonijiet fit-twissija biex iżżomm lilek innifsek u lil ħaddieħor sigur. |
| Visit the AusAlert website for more information. | Żur il-websajt ta' AusAlert għal aktar informazzjoni. |
| This message is authorised by the Australian Government. | Dan il-messaġġ huwa awtorizzat mill-Gvern Awstraljan. |
Waqt it-testijiet tal-AusAlert:
jista’ jidher messaġġ fuq l-iskrin tiegħek
l-apparat tiegħek jista’ jivvibra
tista’ tisma’ ħoss qawwi ta’ twissija għal madwar 10 sekondi
m’għandek bżonn tagħmel xejn.
Ser isir test nazzjonali tal-AusAlert nhar it-Tnejn 27 ta' Lulju 2026. Waqt it-test, kull apparat mobbli kompatibbli fl-Awstralja se jirċievi twissija fl-istess ħin.
2:00 pm (AEST – UTC+10:00)
2:00 pm (AEST – UTC+10:00)
2:00 pm (AEST – UTC+10:00)
2:00 pm (AEST – UTC+10:00)
2:00 pm (AEST – UTC+10:00)
1:30 pm (ACST – UTC+9:30)
1:30 pm (ACST – UTC+9:30)
12:00 pm (AWST – UTC+8:00)
11:00 am (CXT – UTC+7:00)
Jekk li tirċievi messaġġ tat-test AusAlert jista’ jfixlek jew jikkawża li inti jew xi ħadd għażiż tħossukom mhux siguri, jekk jogħġbok itfi l-apparati mobbli tiegħek jew aqlibhom fil-modalità tal-ajruplan qabel il-ħin tat-test fil-lokalità tiegħek, u ħallihom mitfija għal mill-inqas siegħa.